Uploaded October 2026 | Updated November 2026, 2 days ago
ONE.COM.MT • Bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ John Cassar, akkużat bil-qtil t’ommu, Mary Grace Cassar ta’ 72 sena, u bl-attentat ta’ qtil ta’ missieru Ġanni ta’ 74 sena, f’każ li seħħ fil-15 ta’ Ottubru li għadda fl-Imqabba.
DEPORTAZZJONI WARA SERQ MILL-MIA
Erbat irġiel ingħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u se jiġu deportati minn Malta wara li wieġbu ħatja ta’ serq minn ħanut fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Sidharth Kumar Panday ta’ 26 sena, Thapa Ashish ta’ 31 sena, Dipak Shrestha ta’ 38 sena u Nitin Nugyal ta’ 36 sena ġew akkużati li, fit-18 ta’ Ottubru li għadda u fil-ġimgħat ta’ qabel, wettqu serq, approprjazzjoni indebita ta’ flus fdati lilhom minħabba xogħolhom, kif ukoll bi ħsara kkawżata b’qerq.
L-erbgħa ammettew l-akkużi kollha.